Arrestat raġel b’rabta ma’ sensiela ta’ serq minn vetturi

Raġel ta’ 34 sena minn Georgia ġie arrestat wara li wettaq minn tal-inqas tmien serqiet minn vetturi bejn Jannar u Frar

Il-Pulizija wettqet sensiela ta’ investigazzjonijiet intensivi b’rabta ma’ diversi serqiet li seħħew bejn Jannar u Frar minn diversi vetturi.

L-investigazzjonijiet wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 34 sena minn Georgia. 

Ir-raġel ġie arrestat l-Erbgħa filgħodu. Is-supettat wettaq minn tal-inqas 8 serqiet minn diversi lokalitajiet fosthom mill-Qawra, San Pawl il-Baħar, il-Mosta, l-Gżira u San Ġiljan. 

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti l-Ħamis għall-ħabta tal-10:30am quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello.

More in Qrati u Pulizija