Psikjatra jwissi li Azzopardi hu perikoluż fl-2012, bl-akkużat jakkwista liċenza tal-armi fl-2016

Kien biss ifi Frar tal-2024, kważi xahrejn wara l-qtil ta’ Eric Borg, li l-Kummissarju tal-Pulizija informa b'ittra lil Noel Azzopardi, akkużat bi qtil tal-ewwel tas-sena, li l-liċenzja tiegħu ġiet revokata.

Psikjatra fi ħdan l-Isptar Monte Karmeli kiteb ittra lill-pulizija jiddeskrivi lil Noel Azzopardi, preżentament akkużat bil-qtil ta’ Eric Borg fir-Rabat fl-ewwel jum tas-sena, bħala persuna perikoluża.

Dan kien tnax-il sena ilu, fl-2012.

Minkejja dan il-qorti semgħet illum kif Azzopardi applika u akkwista liċenzja għal xkubetta fl-2016.

Kien biss issa, fi Frar tal-2024, kważi xahrejn wara l-qtil ta’ Borg, li l-Kummissarju tal-Pulizija informa lil Azzopardi b’ittra li l-liċenzja tiegħu ġiet revokata.

Jixhed illum, il-psikjatra Dr. Joseph Cassar sġejag kif huwa sab din l-ittra fid-dokumenti mediċi ta’ Azzopardi.

Il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra Azzopardi kompliet illum quddiem il-maġistrat Marseanne Farrugia.

Il-psikjatra, ġie mqabbad mill-maġistrat sabiex jeżamina l-akkużat, u jestabilllixxi jekk hux tajjeb biex jiġi interogat.

Cassar kien inħatar mill-Maġistrat inkwerenti biex jeżamina lill-imputat u jkun valutat jekk dan kienx tajjeb għall-interrogazzjoni.

Jaqra iċ-ċertifikazzjoni fil-Qorti, it-tabib qal li l-imputat kien fehem l-akkużi, il-fatti u l-piena potenzjali li ffaċċja. Minkejja dan, qal, kien innota wkoll li Azzopardi x’aktarx kien affettwat minn “defiċit konjittiv” u kien fi stat ta’ paranoja.

Cassar qal li kien irrakkomanda li Azzopardi jagħmel testijiet newropsikoloġiċi biex jiġi ddentifikat kwalunkwe kundizzjoni sottostanti possibbli, bħall-awtiżmu.

Il-każ ġie differit għal April.

Azzopardi qed ikun rappreżentat mill-avukati Arthur Azzopardi, Jacob Magri u Alex Miruzzi.

L-Ispettur Wayne Camilleri qed imexxi l-prosekuzzjoni, flimkien mal-avukat Kaylie Bonett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

L-avukati Joe Giglio u Michela Giglio, qed jirrappreżentaw lill-familja tal-vittma bħala parte civile.

More in Qrati u Pulizija