Mara Ingliża mixlija li tat daqqa ta' sikkina lis-sieħeb

Sarah Howe ta' 42 sena, li kienet qed iżżur lis-sieħeb tagħha fil-vaganzi tal-Milied, inżammet taħt arrest preventiv wara li allegatament tat daqqa ta’ sikkina fil-koxxa tas-sieħeb tagħha nhar il-Ġimgħa

Mara Ingliża li kienet qed iżżur lis-sieħeb tagħha fil-vaganzi tal-Milied, inżammet taħt arrest preventiv wara li allegatament tagħtu daqqa ta’ sikkina fil-koxxa nhar il-Ġimgħa.

L-Ispettur Sherona Buhagiar ressaq il-Qorti lil Sarah Howe ta' 42 sena quddiem il-maġistrat Astrid May Grima, fejn akkużat lill-mara li kkaġunat ferita ħafifa lis-sieħeb tagħha b’użu ta’ arma propja, kif ukoll li insultat u hedditu waqt l-inċident li seħħ ftit qabel nofs il-lejl tal-Ġimgħa. 

Howe wieġbet mhux ħatja tal-akkużi.

Fil-Qorti ntqal li kemm l-imputat kif ukoll il-vittma kienu fis-sakra dak iż-żmien, bl-istat ta’ intossikazzjoni ta’ Howe jippersisti anke wara l-arrest tagħha.

Talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda mill-Qorti minħabba n-natura tal-akkużi, bil-maġistrat tordna wkoll li l-mara tiġi eżaminata minn professjonisti tas-saħħa mentali biex jekk ikun hemm bżonn tingħata l-assistenza.

L-avukat Lennox Vella kien avukat difensur.

More in Qrati u Pulizija