Iġarrab ġrieħi gravi wara inċident b’mutur fi Triq il-Kunvent, Ħaż-Żabbar

Raġel ta’ 30 sena residenti Ħaż-Żabbar iġarrab ġrieħi serji wara ħabta ma’ karozza f’ Ħaż-Żabbar

Nhar l-Erbgħa, għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunvent, Ħaż-Żabbar. 

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Marsa u mutur misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħaż-Żabbar. 

Konsegwentement, il-mutur laqat ukoll karozza li kienet ipparkjata. 

Ix-xufier tal-mutur ingħata ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

More in Qrati u Pulizija