Sitt ħaddiema minn San Vinċens De Paul mistennija jiġu akkużati b’rabta mal-każ ta’ Carmelo Fino

Il-Pulizija ħarġet l-akkużi għal omiċidju involontarju u negliġenza

Carmelo Fino
Carmelo Fino

Il-Pulizija mistennija takkuża tal-inqas sitt persuni b’rabta mal-każ ta’ Carmelo Fino, ir-resident ta’ San Vinċens De Paul li ġie rrapurtat nieqas u wara nstab mejjet.

Sorsi li tkellmu mal-gazzetta MaltaToday indikaw li ħa jinħarġu akkużi kontra numru ta’ ħaddiema. Numru ta' ħaddiema mistennija jaffaċjaw konsegwenzi legali, fosthom persuni tas-sigurtà u infermiera. L-akkużi mressqa kontra dawn l-individwi jinkludu omiċidju involontarju u negliġenza. 

Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia mistennija tisma’ l-kawża, bid-data tal-Qorti mistennija tingħata s-sena d-dieħla.

Inkjesta Indipendenti, imexxija mill-Imħallef irtirat Goeffrey Valenzia, sabet numru sinifikanti ta’ nuqqasijiet minn naħa tal-ħaddiema ta’ San Vinċens De Paul fil-lejl li fih sparixxa Fino.

Ir-rapport tal-inkjesta jgħid ukoll li l-ħaddiema ta’ filgħaxija ma kienux qed isegwu l-obbligazzjonijiet tagħhom fuq il-post tax-xogħol hekk kif ma kienux għassa tar-residenti li kienu taħt il-kura tagħhom.

Il-każ ta’ Carmelo Fino

L-inċident seħħ fit-28 ta’ Ġunju, meta Carmelo Fino ma nstabx fit-8 ta; filgħodu. Kienu l-ħaddiema tax-xift ta’ filgħoduli l-ewwel innutaw in-nuqqas tiegħu meta marru jassistuh bir-rutina ta’ filgħodu.

Il-maniġment ġie mgħarraf immedjatament, u kkuntattjaw lill-ħaddiema tax-xift ta’ bil-lejl. Skont it-tim tax-xift ta’ filgħaxija, l-aħħar li raw lil Fino kien fis-sala tiegħu fil-5:45 a.m. Madankollu, pazjent sieħbu li kien jaqsam l-istess sala bħal Fino sostna li ma kienx preżenti fit-3 a.m.

Filmati tas-CCTV komplew jikkorroboraw l-istqarrija tal-pazjent, li juru lil Fino miexi ħdejn supermarket Lidl f’Ħal Luqa fit-3.17 ta' filgħodu.

Fost l-individwi li issa qed jiffaċċjaw akkużi, hemm il-ħaddiem tal-assistenza soċjali Robert Belli, wieħed mill-impjegati li kien ġie sospiż wara l-inċident. Belli kien esprima n-nuqqas ta' sodisfazzjon tiegħu bl-inkjesta interna, u ddeskrivieha bħala "superfiċjali ħafna." Huwa kkontesta s-sospensjoni kawtelatorja tiegħu u kkontesta kull insinuazzjoni li kellu xi tip ta’ tort.

Barraminnhekk, l-infermier Rhys Xuereb, li kien ukoll sospiż u aktar tard reintegrat, huwa individwu ieħor li mistenni jiffaċċja akkużi. Il-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) preċedentement kienet indikat li Xuereb kien sar scapegoat għal fallimenti sistemiċi.

More in Qrati u Pulizija