Iġarrab ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa

Raġel ta’ 54 sena ttieħed l-isptar wara li ġarrba ġrieħi serji wara ħabta ma’ readymix fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa

It-Tnejn seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ waranofsinhar. Raġel ta’ 54 sena minn Ħal Qormi weġġa’ wara ħabta bejn karozza, misjuqa mill-vittma, u trakk tar-readymix, misjuq minn raġel ta’ 31 sena min Ħad-Dingli. 

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard kien iċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Inħatret inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Kevan Azzopardi, filwaqt li l-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.

More in Qrati u Pulizija