Inċident ta’ traffiku f’Ħal Tarxien; tilef il-kotrol tal-karozza u weġġa’ gravi

Raġel iġarrab ġrieħi gravi wara tilef il-kontrol tal-karozza fi Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien 

Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ waranofsinhar, raġel ta’ 40 sena u residenti x-Xgħajra ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien.  

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel tilef kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq u ħabat ma’ siġra u barrikati li jifirdu t-triq. 

Tim mediku assista fuq il-post tal-inċident u r-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji. 

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet

 

 

More in Qrati u Pulizija