Daqqa ta' ħarta għal Steward hekk kif jitilfu l-appell

Steward Healthcare titlef l-appell sabiex tiġi annullata l-privatizzazzjoni ta’ tliet sptarijiet; l-Isptar St Lukes, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar t’Għawdex

 

Dalgħodu, il-Qorti tal-Appell imexxi mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti, flimkien mal-imħallfin Giannino Caurana Demajo u Anthony Ellul, ikkonfermaw is-sentenza tas-sur Imħallef Francesco Depasquale rigward il-ftehim ta’ privatizzazzjoni bejn Vitals Global Healthcare u Steward Healthcare. L-unika emenda hi li l-ispiża se tinqasam bejn il-Gvern u Steward Healthcare. 

Il-ftehim kien sar fl-2015 meta il-gvern kien ħalla lil VGH tmexxi it-tliet sptarijiet. Dan kien ġie nnegozjat flimkien mal-ministru tas-saħħa ta’ dak iż-żmien, Konrad Mizzi. Skont il-ftehim, l-Isptar St Lukes, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar t’Għawdex għaddew taħt il-VGH.  Inqas minn sentejn wara, VGH biegħet lil Steward Healthcare, flimkien ma’ €55 million dejn għall-prezz nominali ta’ €1.

Depasquale kien imħasseb fuq x’intenzjoni kellha Steward Healthcare. 

Dalgħodu fil-Qorti intqal li in-nuqqas evidenti tal-kumpaniji Steward li qed jippruvaw jiġġustifikaw l-pożizzjoni tagħom li ma kien ebda ksur tal-obbligi, wassal lill-Qorti biex tiddubita serjament il-bona fede u l-intenzjoni ta’ Steward li tonora l-ftehim u l-obbligi minn mindu akkwistat ishma ta’ Vitals fis-16 ta’ Frar 2018. Tqajmu dubji ukoll fuq l-onestá tal-istess Steward meta daħlu fi ftehim fis-27 ta’ Awissu 2019, fejn il-Gvern intrabat li jħallas multa ta’ mitt miljun euro fil-każ li l-Qorti, kif komposta, tiddikjara l-kuntratti mogħtija lil Vitals, u li hija naqset milli tonora, bħala nulli.

 

Il-Qorti tiċħad lil Steward milli titbiegħed minn Vitals.

Fid-deċiżjoni tal-lum li ċaħdet l-appell, il-Qorti saħqet li s-sentenza ta’ Frar anullat il-kuntratt mhux minħabba kollużjoni iżda minħabba “nuqqas ta’ azzjoni”.  Dan ifisser li t-tentattiv ta’ Steward Healthcare li jiddistingwi bejn difett ta’ kunsens u atti ħżiena taħt il-liġi ċivili u kriminali kien irrelevanti. 

L-imħallfin qablu mal-appellanti, li l-ewwel qorti ma kellhiex iddikjarat lill-azzjonisti ħatja ta’ atti ħżiena jew kriminali. Filwaqt li sabu li n-nuqqas ta’ diliġenza dovuta kien suspettuż, u jemmnu li l-azzjoniti l-ġodda daħlu fil-ftehim in bona fede.

Madankollu, l-imħallfin kienu ċari meta ddikjaraw li dan l-aggravju kien ġie miżjud biex tikkoreġi l-impressjoni maħluqa mis-sentenza oriġinali dwar l-azzjonisti preżenti. Il-Qorti tal-Appell irrimarkat li Steward kien qed jipprova jinsa l-fallimenti tiegħu stess qabel il-bidla fl-azzjonisti u kien qed jċajpar id-distinzjoni bejn kumpaniji u azzjonisti.

More in Qrati u Pulizija