Raġel iġarrab ġrieħi serji minn ħruq ta' splużjoni fil-Mellieħa

Raġel ta' 51 sena miż-Żebbuġ Għawdex iweġġa' gravi wara splużjoni li seħħet fis-Selmun il-Mellieħa

Kelliem mill-Pulizija qal li daħal rapport wara li nstemgħet splużjoni għall-ħabta tal-10:15 viċin il-Palazz tas-Selmun, il-Mellieħa. Huwa kompla jgħid li l-isplużjoni setgħet ġiet ikkawżata minħabba fuel li seta' ħareġ minn generator. Marru wkoll id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post. 

Wara li ttieħed l-isptar Mater Dei, raġel ta' 51 sena miż-Żebbuġ Għawdex ġie ċċertifkat li ġarrab ġrieħi gravi kkawżati mill-ħruq.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

 

More in Qrati u Pulizija