Raġel jittieħed l-isptar Mater Dei wara li sofra xi ħruq

Kelliem mill-Pulizija qal li daħal rapport wara li nstemgħet splużjoni għall-ħabta tal-10:15 viċin il-Palazz ta' Selmun, il-Mellieħa.

Raġel ittieħed l-isptar wara li sofra xi ħruq kawża ta' splużjoni possibilment minn 'generator'.

Kelliem mill-Pulizija qal li daħal rapport wara li nstemgħet splużjoni għall-ħabta tal-10:15 viċin il-Palazz ta' Selmun, il-Mellieħa. Huwa kompla jgħid li l-isplużjoni setgħet ġiet ikkawżata minħabba fuel li seta' ħareġ minn generator.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix mgħarufa u l-Pulizija għaddejin bl-investigazzjoni tagħhom.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

More in Qrati u Pulizija