Tweġġa' gravi hekk kif idejha nqabbdet f'makkinarju waqt li kienet qed taħdem f'fabbrika

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8:30 a.m. fi Triq tal-ħlas, Ħal Qormi

Aktar kmieni illum, għall-ħabta tat-8:30 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident ġewwa fabbrika fi Triq tal-Ħlas, Ħal Qormi. 

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li mara ta' 54 residenti Pembroke weġġgħet wara li idejha nqabdet f'xi makkinarju waqt li kienet qed taħdem. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistu u ambulanza ħaditha l-isptar Mater Dei għall-kura medika fejn ġiet iċċertifikati li sofriet ġrieħi ta' natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija