Argument f'Ħaż-Żabbar iħalli tliet irġiel bi ġrieħi gravi

L-argument seħħ ilbieraħ fit-tard, fi Triq Santa Tereża

Ilbieraħ, għall-11:00p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’argument fi Triq Santa Tereża, Ħaż-Żabbar.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li tliet Indjani ta’ 30, 31 u 26 sena, kollha residenti Ħaż-Żabbar, kellhom argument ma’ numru ta’ persuni li wara ħarbu minn fuq il-post. Huma marru fl-eqreb ċentru tas-saħħa għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija