Tliet snin ħabs u multa għal raġel li ttraffikka d-droga

Huwa wieġeb ħati wara li ġie arrestat nhar il-Ġimgħa li għadda 

Raġel ingħata sentenza ta’ tliet snin ħabs wara rejd li sar fir-residenza tiegħu fil-Gżira u li matulha nstabet id-droga lesta biex tkun ittraffikata.

Ir-raġel, li għandu 48 sena, tressaq akkużat li kien qed jitraffika l-kokaina, u b’pussess ta’ kokaina u erojina li ma kinux għall-użu personali.

L-akkużat wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Maġistrat Doreen Clarke tagħtu sentenza ta’ tliet snin ħabs u multa ta’ €1,000

More in Qrati u Pulizija