Ikaxkruh 60 metru mal-karozza wara li tawh xebgħa u serquh

Il-każ seħħ fil-Marsa fit-22 ta' Novembru li għadda

Raġel u mara, li allegatament serqu €4,000 mingħand raġel wara li sawtuh u kaxkruh mat-triq hekk kif ipprova jidħol fil-karozza tagħhom, inżammu arrestati.

Ir-raġel mix-Xgħajra u l-mara minn San Ġwann tressqu quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech akkużati b’serq aggravat u li kkawżaw ġrieħi gravi lill-vittma. Ir-raġel kien akkużat ukoll b’sewqan perikoluż, li sar reċidiv u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

It-tfajla kienet akkużata li kisret kundizzjoni mogħtija lilha f’sentenza oħra.

Fil-Qorti nstema’ kif il-koppja attakkat lir-raġel fi Triq is-Serkin, il-Marsa, fit-22 ta’ Novembru li għadda.

Jidher li huma serqulu bagalja li kellha fiha €4,000 fi flus kontanti.

Minkejja d-daqqiet li qala’, ir-raġel irnexxielu jiftaħ il-bieba tal-karozza tal-akkużati li kienu qed jaħarbu minn post, bil-għan li jidħol.

Hu ma rnexxilux jidħol fil-karozza u spiċċa mkaxkar 60 metru.

More in Qrati u Pulizija