Il-Qorti tal-appell tikkonferma s-sentenza mogħtija lil anzjan pedofelu

Ir-raġel kellu fil-pussess tiegħu materjal pornografiku tat-tfal u kien instab ħati wkoll li stupra żewġ subien

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati lil anzjan ta’ 73 sena li kien instab ħati li stupra żewġ subien taħt l-età u darb’oħra li kien fil-pussess ta’ materjal pornografiku tat-tfal.

L-anzjan kien ingħata sentenza ta’ ħames snin ħabs u mmultat €3,000 f’Marzu tal-2017 meta nstab li kien fil-pussess ta’ materjal pornografiku tat-tfal iżda qabel kien intbagħat 10 snin ħabs wara li nstab ħati li stupra ma’ ħuh żewġt subien ta’ 10 u 11-il sena.

L-avukat tal-akkużat, Robert Montalto, kien saħaq li kien hemm difetti proċedurali fil-każ u li s-sentenza ma kinitx tat kas l-età u  s-saħħa tal-anzjan.

Insista li l-fatt li r-raġel wieġeb ħati kmieni fil-proċeduri ma kienx ittieħed inkonsiderazzjoni fis-sentenza mogħtija mil-ewwel Qorti.

Madanakollu, l-Imħallef Giovanni Grixti saħaq li l-fatt li akkużat iwieġebħati kmieni fil-każ ma jfissirx li awtomatikament se titnaqqas is-sentenza.

Insista li l-età tal-akkużat qatt qabel ma ttieħdet inkonsiderazzjoni u għalhekk ma jarax għalfejn għandu jbiddel is-sentenza.

More in Qrati u Pulizija