Xagħra fil-platt waqt titjira tibagħtu dritt quddiem il-Maġistrat

Raġel li kien fis-sakra waqt titjira lejn Malta ingħata sentenza sospiża wara li qajjem paniku sħiħ għax sab xagħra fil-platt

Passiġġier li kien fis-sakra waqt titjira li kienet ġejja Malta, ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li qajjem paniku sħiħ għax sab xagħra fl-ikel.

L-akkużat li għandu 45 sena minn Londra, deher quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud akkużat li bl-attitudni tiegħu poġġa periklu fuq it-titjira, li tkellem b’mod abbużiv, hedded u anke fixkel lill-ekwipaġġ mix-xogħol tagħhom.

Kien akkużat ukoll li kien fis-sakra fuq ajruplan.

Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat qajjem paniku sħaħ meta fuq il-platt sab xagħra. Intqal ukoll kif beda jixrob minn fliexkun kbir tal-vodka anke jekk kien imċanfar mill-ekwipaġġ.

L-Avukat Franco Debono, li kien qed jidher għall-akkużat, saħaq li l-akkużat iddispjaċih għal dak li għamel bl-Avukat jispjegali li dawn l-affariijet għandhom jiġu riżolti bil-kelma t-tajba.

Insista miegħu li din l-attitudni ma hi aċċettabbli mkien, aktar u aktar fuq ajruplan.

L-akkużat ingħata sentenza ta’ tliet xhur ħabs sospiżi għal sena.

“Issa kompli gawdi l-btala u rringrazzja lill-Avukat,” temm jgħidu l-Avukat.

More in Qrati u Pulizija