Qorti | Jinqabad iġorr 22 pakkett kokaina fil-qalziet ta' taħt

Żagħżugħ iwieġeb mhux ħati b'pussess aggravat tad-droga

Żagħżugħ ta’ 26 sena wieġeb mhux ħati wara li tressaq il-Qorti akkużat li nqabad fil-fatt fil-pussess tad-droga.

Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat instab li kien qed iġorr 22 pakkett kokaina u 6 grammi kannabis fil-qalziet ta’ taħt u fuqu kellu €1,010 fi flus kontanti.

Fi tfittxija li saret fil-garaxx tiegħu, nstabu 7 grammi oħra kannabis u fil-karozza tiegħu nstabet sustanza suspettata ecstacy.

Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għat-talba tad-Difiża biex l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest, anke għax skont l-Ispettur Frank Anthony Tabone, l-akkużat ikkopera mal-Pulizija.

Il-Qorti aċċettat it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li l-akkużat jingħata l-kura kollha li għandu bżonn.

Huwa ntalab iħallas depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €1,000 wkoll, apparti li ntalab jiffirma fl-Għassa darbtejn fil-ġimgħa u jsegwi curfew.

More in Qrati u Pulizija