Qorti | Jikser imnieħer eks spettur fuq parkeġġ

L-akkużat, li għandu 33 sena, minn Santa Venera, wieġeb mhux ħati li kkawża ġrieħi gravi, insulta u hedded lill-vittma

Raġel ċaħad fil-Qorti li kiser imnieħer eks spettur tal-Pulizija fi ġlieda dwar parkeġġ.

L-akkużat, li għandu 33 sena, minn Santa Venera, wieġeb mhux ħati li kkawża ġrieħi gravi, insulta u hedded lill-vittma u li anke kiser il-paċi pubblika.

L-Avukat tiegħu qal lill-Maġistrat li r-raġel ġie arrestat wara li minn jheddu mar l-għassa biex ikun mistoqsi mill-Pulizija.

Huwa talab il-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni ma aċċettatx waqt li argumentat li l-akkużat jgħix ftit metri ‘l bogħod minn fejn jaħdem il-vittma.

Id-Difiża saħqet ukoll li l-akkużat kellu l-kondotta nadifa u obbda lill-pulizija waqt li ma ntużatx l-ebda arma.

Min-naħa tagħha l-Qorti tatu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000. 

Ordnat ukoll li l-vittma jingħata l-protezzjoni.

More in Qrati u Pulizija