Żagħżugħa li qed tistenna tarbija akkużata b'attentat ta' qtil

Hija nżammet arrestata wara li ġiet arrestata wara ġlieda fil-Ħamrun 

Żagħżugħa ta’ 19-il sena minn Bormla, li qed tistenna tarbija, inżammet taħt arrest wara li ġiet akkużata b’attentat ta’ qtil ta’ seba’ persuni fi ġlieda li kienet seħħet fil-Ħamrun fis-7 ta’ Jannar li għadda.

Hija kienet akkużata wkoll weġġgħet ħafif erba’ persuni, wettqet ħsarat fuq sitt karozzi, li kellha sikkina mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u li kisret il-paċi pubblika.

Iż-żagħżugħa ġiet mixlija wkoll li f’Diċembru tat fastidju lil żewġ persuni u li għamlet użu ħażin minn tagħmir elettroniku.

Fil-Qorti hija stqarret li ma kinitx ħatja tal-akkużi mressqa kontriha.

Fid-deċiżjoni tagħha, l-Qorti ma laqgħatx it-talba mill-ħelsien mill-arrest iżda ngħatat struzzjoni li jingħatalha l-assistenza meħtieġa peress li qed tistenna tarbija.

Dwar dan il-każ huwa mistenni li jitressqu aktar persuni l-Qorti.

More in Qrati u Pulizija