Tmint irġiel arrestati wara li nqabdu bid-droga

L-irġiel ta’ etajiet bejn l-20 u l-31 sena nstabu fil-pussess ta’ kannabis u kokaina

Matul il-lejl li għadda, ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji tad-Droga, wasslet għall-arrest ta’ tmint irġiel f’Paceville.

L-Irġiel ta’ nazzjonalità Maltija, Albaniża, Sirjana, Maċedonjana u Kosta D’Avorja u li l-eta’ tagħhom tvarja bejn l-20 u l-31 sena, instabu fil-pussess ta’ suspettata droga kannabis u kokaina. Huma ġew arrestati u ttieħdu ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall-investigazzjoni.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

More in Qrati u Pulizija