Oliver Scicluna u Jean Claude Micallef jitiflu ċ-ċans li jirritornaw fil-Parlament

Iż-żewġ kandidati kkontestaw l-elezzjoni fuq żewġ distretti u ħadu sehem fuq l-elezzjoni każwali fuq żewġ distretti wkoll

Hekk kif intemmet l-elezzjoni każwali tal-Partit Laburista, huwa ċar li Oliver Scicluna u Jean Claude Micallef mhux se jkunu qed jerġgħu jirritornaw fil-Parlament hekk kif baqgħu ma ġewx eletti.

Oliver Scicluna kien ġie co-opted fil-Parlament u kkontesta l-elezzjoni ġenerali fuq it-tieni u r-raba' distrett elettorali. Huwa ma ġiex elett u ħa sehem fl-elezzjoni każwali li saret fuq iż-żewġ distretti. Minkejja dan huwa baqa' ma ġiex elett.

Jean Claude Micallef kien elett fil-Parlament f'elezzjoni każwali biex jieħu post Helena Dalli li kienet irriżenjat wara li saret Kummissarju Ewropew.

Micallef ikkontesta l-elezzjoni fuq it-tielet u l-ħames distrett u ħa sehem fl-elezzjoni każwali fuq iż-żewġ distretti. Minkejja dan, huwa baqa' ma ġiex elett. F'messaġġ fuq Facebook, Micallef spjega kif ma ġiex elett fuq it-tielet distrett għal 19-il vot biss u rringrazzja xorta lil dawk kollha li tawh il-vot.

Ara hawn min huma l-kandidati eletti fl-elezzjoni każwali li saret illum.

More in Politika