Aġġornata | Yorgen Fenech mill-ġdid għad-depot għal aktar interrogazzjoni

Fenech saħansitra ttieħed fuq il-jott fejn il-Pulizija wettqet aktar tfittxijiet

Yorgen Fenech, is-sid tal-kumpanija 17 Black, mistenni jerġa' jkun interrogat dalgħodu fid-depot u dan wara li lbieraħ filgħaxija ngħata l-ħelsien mill-arrest, hekk kif matul il-lejl li għadda skadew it-48 siegħa kemm persuna tista' tinżamm arrestata qabel tittella' l-Qorti.

Sorsi viċin l-investigazzjoni infurmaw lis-sit illum.com.mt li Fenech reġa' kien formalment arrestat u se jerġa' jkun interrogat dalgħodu.

Minkejja rapporti li kien hemm xi arresti matul il-lejl li għadda, sorsi infurmati sewwa fil-korp saħqu ma' dan is-sit li ma kien hemm l-ebda arrest.

Intant, skont MaltaToday, Fenech ittieħed fuq il-jott tiegħu f'Portomaso fejn il-Pulizija wettqet aktar tfittxijiet.

Intant, rapport fuq il-ġurnal in-Nazzjon, li jikkwota sorsi mill-Pulizija u viċin l-investigazzjoni, jgħid li l-akbar prova li l-investigaturi għandhom f'idhom sa issa huma recordings ta' telefonati bejn Yorgen Fenech u l-persuna li qed tiddeskrivi lilha nnifisha bħala s-sensar fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Skont l-istess rapport, dawn ir-recordings instabu fir-residenza tas-sensar innifsu.

X'ġara din il-ġimgħa?

More in Politika