Ir-Russa tgħid li l-Pilatus jopera fuq id-depożiti 'ta' bejn tnejn u tliet klijenti mill-Ażerbajġan'

  • Maria Efimova tallega li l-Bank Pilatus f'Malta prattikament jiddependi minn tliet klijenti kbar
  • L-FIAU tikkonferma li l-Bank għandu depożiti ta' flus "sinjifikanti" minn klijenti fl-Ażerbajġan

Il-Bini tal-Bank Pilatus f'Ta' Xbiex
Il-Bini tal-Bank Pilatus f'Ta' Xbiex

Il-'whistleblower' Russa Maria Efimova, li lbieraħ kien żvelat għall-ewwel darba li ma kinitx is-sors oriġinali tal-istorja dwar il-kumpanija Egrant, qalet lil numru ta' MEPs illi l-bank Pilatus kien qed jopera, "l-aktar fuq il-bażi ta' depożiti minn zewġ jew tliet kljienti mill-Ażerbajġan, fost diversi Persuni Esposti Politikament (PEPs) oħrajn."

Hija kienet qed titkellem permezz ta' 'video conferencemal-MEPs, li ġew Malta f'Diċembru li għadda u li stħarrġu dwar is-saltna tad-dritt f'pajjiżna, liema konferenza ħarġu d-dettalji dwarha fl-abbozz tar-rapport li ġie ppubblikat.

L-argument li Pilatus jiddependi minn ammont ta' flus li ġejjin mill-Ażerbajġan jirriżulta wkoll fil-kummenti li ta' d-Deputat Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU Anthony Bartolo. Mistoqsi mill-MEPs huwa qal hekk; "...ninsabu konxji li l-Bank (Pilatus) għandu kontijiet li huma direttament jew indirettament ta' persuni mill-Ażerbajġan, kif ukoll depożiti sinjifikanti minn persuni mill-Ażerbajġan. Fuq il-bażi ta' dan qed nagħmlu aktar verifiki."

Huwa mifhum u jissemma fir-rapport ukoll li l-Bank gġandu b'kollox 130, b'depożiti ta' €300 miljun. 

Meta intervistat mill-MEPs, il-Kap Eżekuttiv tal-bank Pilatus Hamidreza Ghanbari, filwaqt illi fakkar li l-liċenzja tal-bank kienet ħarġet fl-2012, dak iż-żmien flimkien mal-eksMinistru tal-Finanzi Tonio Fenech, qal ukoll li l-Bank "għadda l-lista sħiħa tal-klijenti lill-FIAU u l-MFSA, inkluż rekord awditjat elettroniku." 

Dwar il-famuża bagalja, Ghanbari reġa qal li din ma kien fiha xejn li tneħħa mill-bank, imma biss affarijiet personali tiegħu. 

Daphne Caruana Galizia, fi blogg nhar t-23 ta' April 2017, allegat illi t-tliet klijenti, li allura alludiet għalihom Efimova, huma l-Ministru għal-Sitwazzjoni ta' Emerġenza Kamaladdin Heydarov (Caruana Galizia kienet allegat li dan huwa l-akbar klijent) u miegħu Heydar u Leyla Aliyev, it-tfal tal-President tal-Ażerbajġan Aliyev. 

Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat permezz ta' intervista telefonika mal-MEP Ana Gomes li Efimova m'għaddiet ebda forma ta' dokumentazzjoni waqt din il-konferenza. 

More in Politika