Ħamrun Spartans jumiljaw lil Furjana, u jirbħu l-għaxar kampjonat tagħhom

Minkejja li bejniethom kien hemm biss punt, it-tim tal-ispartans kellu bżonn biss tliet punti sabiex jassigura t-tielet kampjonat tiegħu fl-aħħar erbgħa snin

Ritratti: Ħamrun Spartans FC / Facebook
Ritratti: Ħamrun Spartans FC / Facebook

Ħamrun Spartans rebħu l-għaxar kampjonat tagħhom wara li għelbu l-avvesarji tagħhom, il-Furjana, 5-0, f'Ta' Qal.

Minkejja li bejniethom kien hemm biss punt, it-tim tal-ispartans kellu bżonn biss tliet punti sabiex jassigura t-tielet kampjonat tiegħu fl-aħħar erbgħa snin.

Ritratti: Ħamrun Spartans FC / Facebook
Ritratti: Ħamrun Spartans FC / Facebook

B'ħerqa l-partitarji raw il-ftuħ fit-3pm, iżda kien biss fl-ewwel seba' minuti tal-partita li l-plejer internazzjonali mill-Ghana Seth Paintsil fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras.

Ftit aktar minn għaxar minuti wara, Paintsil jiskorja doppjeta.

Ritratti: Ħamrun Spartans FC / Facebook
Ritratti: Ħamrun Spartans FC / Facebook

Ftit qabel it-tmien tal-ewwel taqsima, Paintsil jiskurja t-tielet goal, b'Elionay Freitas jagħmel l-iskor 4-0 fl-aħħar mumenti tal-ħin miżjud.

Fit-tieni tasima, id-difiża tal-Ħodor kienet ftit aħjar, imma mhux biżżejjed biex iwaqqfu lil Paintsil biex jagħmel l-iskor ħamsa b’xejn.

More in Lokali