Ġellieda tal-Muay Thai Maltin b'suċċessi f'Chiang Mai

Claude Cutajar u Jamie-Lee Debattista jirreġistraw knockout kull wieħed fl-ewwel ġlieda tagħhom

F’prestazzjoni mill-aqwa, il-ġellieda tal-Muay Thai Claude Cutajar u Jamie-Lee Debattista iddebuttaw fl-ewwel ġlieda tagħhom fit-3 t’Awwissu fil-Kalare Stadium f’Chiang Mai.

Taħt il-gwida tal-kowċ Christopher Cassar minn Muay Thai Malta, l-atleti rreġistraw knockout kull wieħed, fejn ħallew l-ispettaturi bla kliem.

Cassar ikkummenta wara l-ġlied li, “Claude u Jamie wrew dedikazzjoni eċċezzjonali tul it-taħriġ, li llum tat il-frott. Huwa tragward inkredibbli għalihom it-tnejn li rreġistraw knockout fl-ewwel ġlieda tagħhom.”

Fil-preparamenti għal dan l-avveniment, il-kompetituri attendew xahar ta’ taħriġ f’Manasak Muay Thai Gym; gym presiġġjuż fl-Irlanda ta’ Fuq. Hemmhekk kellhom l-opportunità sabiex jiksbu esperjenza billi jitħarrġu ma’ uħud mill-aqwa ġellieda tal-Muay Thai.

Is-suċċessi li kisbu ġibed l-attenzjoni mhux ta’ Malta biss, iżda tal-komunità tal-Muay Thai globali. Huwa tragward kbir ukoll għal Muay Thai f’Malta, li aktar ma jmur aktar qed turi li t-talent u l-potenzjal dejjem qed jikber.

More in Lokali