Il-leġġenda ta' A.C Milan Baresi f'Malta din il-ġimgħa biex jinawgura l-pitch ta’ San Ġwann FC

L-eks plejer ta' AC Milan u t-tim nazzjonali Taljan Franco Baresi se jkun f'pajjiżna ftit jiem oħra.

L-eks plejer ta' AC Milan u t-tim nazzjonali Taljan Franco Baresi se jkun f'pajjiżna ftit jiem oħra.

Il-leġġenda ta' Milan se jkun qed jinawgura l-pitch tal-grawnd ta' San Ġwann FC bl-avveniment mistenni jibda fl-10:00 ta' filgħodu.

Baresi m'għandu bżonn l-ebda introduzzjoni hekk kif huwa meqjus bħala idolu għall-partitarji ta' Milan u l-futbol Taljan. Fost l-oħrajn, huwa rebaħ tliet darbiet il-UEFA Champions League u sitt darbiet il-kampjonat domestiku. Apparti minn hekk huwa rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-1982.

 

 

More in Lokali