Immanuel Mifsud twieled f'Malta fl-1967. Beda jikteb il-poeżija u l-proża meta kellu 16-il sena u beda jaħdem ukoll ma' gruppi teatrali esperimentali. Kien jidderieġi x-xogħlijiet tiegħu stess u iktar tard xogħlijiet ta' Chekhov, Dario Fo, Max Frisch, Federico Garcia Lorca, David Mamet, Harold Pinter u Alfred Buttigieg. Diversi xogħlijiet ta' Immanuel Mifsud kienu tradotti u ppubblikati f'ħafna pajjiżi Ewropej u fl-Istati Uniti. Il-proża ta' Mifsud mill-ewwel ġibdet l-attenzjoni tal-kritiċi Maltin u rebaħ l-unur Maltese Generation-X writer. Il-ġabra ta' stejjer qosra fl-2005 'Kimika' qajmu kontroversja u ntqal li kienu 'letteratura pornografika' u l-pubblikatur oriġinali waqqaf l-istampar ta' dan ix-xogħol. Iżda mbagħad dil-ġabra ġiet ippubblikata iktar tard f'dar tal-pubblikazzjoni oħra. Ironikament 'Kimika' spiċċa fit-tieni post fl-Unuri tal-Ktieb Nazzjonali tal-2005. Immanuel Mifsud jikteb ukoll għat-tfal, u ppubblika ġabra ta' stejjer qosra għat-tfal u ktieb bit-taħniniet. Fl-2002, il-ġabra ta' stejjer qosra L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut rebaħ il-Premju tal-Ktieb Nazzjonali u fl-2011 Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) rebaħ il-Premju Letterarju tal-Unjoni Ewropea.

Opinjoni | Ján Kuciak
Immanuel Mifsud jitħasseb dwar ir-reazzjoni tal-Maltin wara l-aħbar...
Opinjoni | Il-vann l-abjad
Immanuel Mifsud jirrifletti fuq il-Karnival tan-Nadur u l-famuż vann ta'...
Opinjoni | Dilemmi
Immanuel Mifsud jeħodna vjaġġ mill-għerien fejn konna ngħixu sakemm bnejna...
Opinjoni | X’sar minnhom il-klandestini?
Wisq probabbli, għax ilna ma narawhom deħlin bil-ġgieget tas-salvataġġ...
Opinjoni | Is-snin tal-ottimiżmu
Dan huwa żmien ta’ kontradizzjonijiet u dilemmi kbar li ħafna drabi...
Opinjoni | It-tribù, it-tradiment u t-tradizzjoni
Il-politiċi għandhom jifhmu li d-demokrazija titlob minnhom li l-poter ikun...
Opinjoni | Mibegħda u injoranza
Il-kunċett ‘tan-naħa l-oħra’ huwa importanti ħafna meta niġu...
Opinjoni | Il-qħab ta’ Kastilja
Immanuel Mifsud jgħid li Tony Zarb 'ma setax waqa' iktar fil-baxx'...