Immanuel Mifsud twieled f'Malta fl-1967. Beda jikteb il-poeżija u l-proża meta kellu 16-il sena u beda jaħdem ukoll ma' gruppi teatrali esperimentali. Kien jidderieġi x-xogħlijiet tiegħu stess u iktar tard xogħlijiet ta' Chekhov, Dario Fo, Max Frisch, Federico Garcia Lorca, David Mamet, Harold Pinter u Alfred Buttigieg. Diversi xogħlijiet ta' Immanuel Mifsud kienu tradotti u ppubblikati f'ħafna pajjiżi Ewropej u fl-Istati Uniti. Il-proża ta' Mifsud mill-ewwel ġibdet l-attenzjoni tal-kritiċi Maltin u rebaħ l-unur Maltese Generation-X writer. Il-ġabra ta' stejjer qosra fl-2005 'Kimika' qajmu kontroversja u ntqal li kienu 'letteratura pornografika' u l-pubblikatur oriġinali waqqaf l-istampar ta' dan ix-xogħol. Iżda mbagħad dil-ġabra ġiet ippubblikata iktar tard f'dar tal-pubblikazzjoni oħra. Ironikament 'Kimika' spiċċa fit-tieni post fl-Unuri tal-Ktieb Nazzjonali tal-2005. Immanuel Mifsud jikteb ukoll għat-tfal, u ppubblika ġabra ta' stejjer qosra għat-tfal u ktieb bit-taħniniet. Fl-2002, il-ġabra ta' stejjer qosra L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut rebaħ il-Premju tal-Ktieb Nazzjonali u fl-2011 Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) rebaħ il-Premju Letterarju tal-Unjoni Ewropea.

Michelle jew Daphne?
B'dak kollu li għaddej bħalissa, bilfors irid ikollok opinjoni: taħseb...
Il-filmat tal-fellatio
Il-ġimgħa li għaddiet, il-portali u l-qarrejja tagħhom kellhom festa...
Pussycat Pussycat
“Jekk bit-tama tal-paċi dinjija ninsabu f’dinja hekk imwiegħra,...
Il-mixja ta’ tfulitek
Immanuel Mifsud jikteb dwar il-mixjiet differenti li wieħed iwettaq...
Washington DC
Esperjenzi mill-kapitali tal-Istati Uniti... waqt żjara ta' ftit ġranet...
Suppost ktibt artiklu ieħor
Aqra l-opjinjoni ta' Immanuel Mifsud dwar dan iż-żmien tas-sena
Mewt fl-età ta’ disgħin sena
M’hemmx qtates f’Copenhagen