Immanuel Mifsud twieled f'Malta fl-1967. Beda jikteb il-poeżija u l-proża meta kellu 16-il sena u beda jaħdem ukoll ma' gruppi teatrali esperimentali. Kien jidderieġi x-xogħlijiet tiegħu stess u iktar tard xogħlijiet ta' Chekhov, Dario Fo, Max Frisch, Federico Garcia Lorca, David Mamet, Harold Pinter u Alfred Buttigieg. Diversi xogħlijiet ta' Immanuel Mifsud kienu tradotti u ppubblikati f'ħafna pajjiżi Ewropej u fl-Istati Uniti. Il-proża ta' Mifsud mill-ewwel ġibdet l-attenzjoni tal-kritiċi Maltin u rebaħ l-unur Maltese Generation-X writer. Il-ġabra ta' stejjer qosra fl-2005 'Kimika' qajmu kontroversja u ntqal li kienu 'letteratura pornografika' u l-pubblikatur oriġinali waqqaf l-istampar ta' dan ix-xogħol. Iżda mbagħad dil-ġabra ġiet ippubblikata iktar tard f'dar tal-pubblikazzjoni oħra. Ironikament 'Kimika' spiċċa fit-tieni post fl-Unuri tal-Ktieb Nazzjonali tal-2005. Immanuel Mifsud jikteb ukoll għat-tfal, u ppubblika ġabra ta' stejjer qosra għat-tfal u ktieb bit-taħniniet. Fl-2002, il-ġabra ta' stejjer qosra L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut rebaħ il-Premju tal-Ktieb Nazzjonali u fl-2011 Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) rebaħ il-Premju Letterarju tal-Unjoni Ewropea.

L-unità
X’ġibtli miegħek, ċikonja?
Hawn min jara nofs tużżana minnhom fuq krejn u joħroġ is-senter u...
Għedewwa
Fost dawn tal-aħħar wieħed jista’ jgħodd dawk il-ftit nies li...
Żwiemel
Barmil informazzjoni
X’kienet eżattament il-motivazzjoni ta’ ħafna li wasslithom biex...
Noti waqt vjaġġ (2)
L-ISIL u l-ISIS qegħdin jużaw l-Iżlam għal mottivi ulterjuri li għandhom
Noti waqt vjaġġ
Tistħajlek dħalt fil-liżar taċ-ċinema jew fl-iskrin waqt li kont qiegħed...
Iżrael u l-Lhud
Il-gwerra, li tipproduċi biss telliefa.