Il-Kummissarju għat-Tfal ikkonċernat fuq il-bejgħ ta' prodotti HHC

Il-Kummissarju għat-Tfal qed juri tħassib flimkien mal-Awtorita’ għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis u l-Organizazzjonijiet tal-Knisja dwar il-prodotti HHC, HXC or THC-Mix, li jinsabu għal bejħ f’ Malta u li faċilment jistgħu jinxtraw

Il-Kummissarju għat-Tfal qed juri tħassib flimkien mal-Awtorita’ għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis u l-Organizazzjonijiet tal-Knisja dwar il-prodotti hexahydrocannabinol (HHC), HXC or THC-Mix, li jinsabu għal bejħ f’ Malta.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jħeġġeġ lill-awtoritajiet konċernati biex jieħdu azzjoni sabiex dawn il-prodotti jiġu pprojbiti mis-suq u għall-bejgħ fl-aħjar interessi tat-tfal.

Dawn il-prodotti milli jidher jistgħu jinxtraw faċilment u jinstabu bil-forma ta’ affarijiet tal-ikel bħal gummy bears.

L-Uffiċċju jinsab inkwetat peress li dawn il-prodotti huma ta’ ħsara għal dawk li jikkunsmawhom.

L-Uffiċċju jixtieq iħeġġ ukoll lill-ħwienet biex ma’ jbiegħux dawn il-prodotti lill-kullħadd. 

Dawn il-prodotti, magħrufa bħala HXC jew THC-Mix, jinsabu f’firxa wiesgħa ta’ għamla bħal jinkludu firxa ta’ oġġetti bħal ħaxixa, estratti qawwija, u anke oġġetti tal-ikel bħal gummies, mibjugħa fil-miftuħ f'diversi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u permezz ta' servizzi ta’ kunsinna tal-ikel. 

Rapporti allarmanti jindikaw li meta jiġi kkunsmat f'dożi għoljin, l-HHC jista' jinduċi effetti psikoattivi simili għat-THC.

More in Socjali