Kelb jinstab abbandunat f’baskett tax-xiri magħluq f’xkora

Skont id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali f’Għawdex, persuni ċemplulhom wara li semgħu l-biki • Il-kelb, li ġie msemmi Ġiġi, instab li hu anemiku, u mifni briegħed

Ritratti minn Facebook / Animal Welfare Gozo
Ritratti minn Facebook / Animal Welfare Gozo

Kelb ċkejken instab abbandunat, magħluq ġo baskett tal-plastik, imgeżwer ġo xkora tal-karti.

Skont id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali f’Għawdex, il-kelb instab fil-Munxar, Għawdex.

Fuq kumment fuq Facebook, id-Direttorat qal li persuni li kienu għaddejjin minn fuq il-post ċemplulhom wara li bdew jisimgħu l-biki.

Il-kelb, li ġie msemmi Ġiġi, ittieħed għand vetterinarju li sabu anemiku, u mifni bil-briegħed.

Għalissa Ġiġi se jibqa’ jieħu l-kura, taħt l-ħarsien tad-direttorat, li wegħdu li mhux se jieqfu sakemm isibu min abbandunah.

More in Socjali