Nies minflok żwiemel! 100 immigrant jinstabu jgħixu fi stalel fil-Marsa

Iktar immigranti jinstabu jgħixu f'kundizzjonijiet ħżiena, erba' jorqdu f'ċokon ta' kmamar u 12 f'kull "salott" 

L-istalel,. mibduilin fi kmamar illi fihom kienu qed jgħixu l-immigranti
L-istalel,. mibduilin fi kmamar illi fihom kienu qed jgħixu l-immigranti

100 immigrant instabu jgħixu fi stalel fil-Marsa f'kundizzjonijiet ħżiena iktar kmieni dalgħodu. 

L-immigranti instabu wara operazzjoni tal-pulizija assistita mir-Rapid Intervention Unit. 

Din mhix l-ewwel darba li nstabu immigranti  jgħixu f'kundizzjonijiet ħżiena ħafna, bl-aħħar sejba tkun f'razzett fi Sqaq Awżara fil-limiti ta' Ħal Qormi. Hemmhekk kienu nstabu 100 persuna oħra tgħix f'dan ir-razzett li fih, suppost kienu jinżammu l-baqar. 

F'messaġġ fuq il-midja soċjali il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg qal illi erba' immigranti kienu jgħixu fi spazju ta' bejn seba' u disa' metri kwadri ta' kamra tas-sodda filwaqt illi 12-il immigrant kienu qed jgħixu fis-"salott" f'daqs ta' 20 metru kwadru.

L-immigranti jittieħdu mill-post fejn instabu jgħixu
L-immigranti jittieħdu mill-post fejn instabu jgħixu
Downloadable Files

L-immigranti kienu lkoll meħuda fil-Kwartieri Ġenrali tal-Pulizija fil-Furjana fejn se jkunu interrogati. 

More in Socjali