Jew qabar, jew first time buyer

L-iskema tal-first time buyers titlob li x-xerrej ma jkollu l-ebda proprjetá

L-iskema tal-first time buyers kienet skema li kienet ta' suċċess tant, li kienet imġedda f'baġits differenti. Minkejja dan, kriterju partikolari biex ikun jista' jikklassifika persuna bħala first time buyer jgħid li persuna li għandha xi tip ta' proprjetá f'isimha, ma tikkwalifikax għall-benefiċċji tal-first time buyers

Minħabba f'hekk, persuna li tkun xtrat garaxx sabiex tkun tista' ddaħħal il-vettura tagħha fiha, hija meqjusa bħala persuna li għandha proprjetá u allura ma tibbenefikax mill-iskema. Aktar minn hekk, jekk persuna hija sid ta' qabar, dan ukoll jimpedixxi lill-persuna milli tiġi meqjusa bħala first time buyer għaliex teknikament u legalment, qabar huwa meqjus bħala proprjetá.

Dan iddiskutietu d-deputata Nazzjonalista u shadow minister għall-Politika Soċjali, Paula Mifsud Bonnici f'intervista li din il-gazzetta għamlet magħha. Mifsud Bonnici sostniet li minħabba f'hekk, hemm ċertu tibdiliet li jeħtieġ isiru biex iktar nies li huma verament first time buyers ikunu jistgħu jikkwalifikaw. Tista' taqra l-intevista sħiħa, hawnhekk.

More in Socjali