Raġel isofri ġrieħi gravi wara li ċedew ix-xorok ta' residenza fil-Furjana

Raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa, waqa' minn xi għoli u weġġa' gravi meta kien qiegħed fuq bejt ta’ residenza fil-Furjana ċedew xi xorok

Raġel ġarrab ġrieħi gravi t-Tnejn waranofsinhar wara li waqgħa minn fuq bejt.

Għall-ħabta tal-5pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa residenza fi Pjazza Sir Luigi Preziosi, il-Furjana.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa, waqt li kien qiegħed fuq bejt ta’ residenza ċedew xi xorok, b’konsegwenza li waqa’ minn xi għoli.

Fuq il-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu.

Huwa ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija