Milica Vukicevic tinstab 'qawwija u sħiħa'

Milica Vukicevic kienet irraportata nieqsa l-Erbgħa

Milica Vukicevic, tfajla ta’ 15-il sena, li ġiet irrappurtata nieqsa mill-pulizija, instabet "Qawwija u sħiħa."

Fi stqarrija, il-pulizija qalu l-Erbgħa waranofsinhar illi hi kienet dehret l-aħħar nhar is-27 ta’ Marzu fl-inħawi tal-Imġarr u kienet liebsa jeans u flokk iswed, kif ukoll baskett iswed.

Il-Ħamis filgħosu, stqarrija oħra mill-pulizija, irringrazzjat lil kull min ta l-informazzjoni jew l-għajnuna tiegħu.

More in Qrati u Pulizija