Ir-raġel li ġie aggredit minn bouncers f'Paceville jingħata l-libertà proviżorja

FIl-Qorti  intqal li huwa kien tefa’ flixkun u oġġett li jaqta’ lejn il-bouncer, u konsegwentament bouncer minnhom sofra qatgħat

Ritratti mill-filmat li ġie ppublikat onlajn
Ritratti mill-filmat li ġie ppublikat onlajn

Ir-raġel li ġie ffilmjat qed jiġi aggredit minn diversi bouncers fl-Ewwel tas-Sena f’Paceville illum ingħata l-liberta’ proviżorja, wara li ironikament qatta’ aktar ħin fil-kustodja minn xi wħud mill-aggressuri tiegħu.

Ir-raġel ta' 30 sena mis-Sudan kien ġie akkużat bi ġrieħi ħfief fis-6 ta’ Jannar b’rabta ma' dak li seħħ u nżamm taħt arrest preventiv. Il-Qorti qalet li huwa kien tefa’ flixkun u oġġett li jaqta’ lejn il-bouncer, li minħabba f’hekk kien sofra qatgħat.

Żewġ bouncers Serbi li kienu fost il-grupp li attakkaw lir-raġel ġew sussegwentement akkużati, flimkien mat-tielet bouncer. Tnejn minnhom ġew ordnati jħallsu multa ta’ €100 kull wieħed wara li wieġbu ħatja ta’ akkużi ta’ attakk u skużaw ruħhom lil Albarjo fil-Qorti.

Żewġ bouncers oħra, Ryan Zammit u Riald Gragjevi, it-tnejn ta’ 29 sena, għadhom f’kustodja preventiva wara li ġew akkużati li kkaġunaw ġrieħi gravi lil Albarjo.

Mill-pedana tax-xhieda nhar l-Erbgħa, il-bouncer li r-raġel Somalu kien weġġa’ ħafif, qal lill-Qorti li kien ħafer lir-raġel.
Fi tmiem is-seduta, ir-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €1,800 u ordnat jiffirma ktieb tal-pleġġ tliet darbiet fil-ġimgħa, fost kundizzjonijiet oħra ta’ pleġġ.

L-Ispettur Brian Xuereb qed imexxi l-prosekuzzjoni, filwaqt li l-avukat Roberta Bonello Felice qed tirrappreżenta lil Albarjo bħala avukat difensur.

More in Qrati u Pulizija