Jindarab kuċċier wara inċident fin-Naxxar

Raġel ta' 49 sena min-Naxxar, waqa' waqt li kien qiegħed fuq ix-xarretta taż-żiemel u weġġa' gravi, l-inċident seħħ fil-limiti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq

Il-Ħamis, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident li fih kien involut żiemel fil-limiti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni l-kuċċier, li għandu 49 sena residenti n-Naxxar, waqa' minn fuq ix-xarretta.

Tim mediku ta l-assistenza u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija