Raġel iweġġa' gravi wara li ntlaqat minn vettura

Raġel ta’ 31 sena u joqgħod il-Ħamrun, għal xi s-sebgħa ta' filgħaxija tat-Tlieta ttieħed l-isptar wara li ntlaqat minn vettura  fi Triq Tas-Sliema, il-Gżira

Raġel ta’ 31 sena u joqgħod il-Ħamrun, għal xi s-sebgħa ta' filgħaxija tat-Tlieta, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Tas-Sliema, il-Gżira.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar. I

r-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Qrati u Pulizija