Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani tordna lil Malta tħallas €25,000 lil migrant

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani qablet mal-migrant li qal li ġie trattat b’mod inuman f’ ċentru ta’ detenzjoni f’Malta u qalet li Malta għandha ‘sistema difettiva’

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani ordnat lil Malta tħallas €25,000 bħala kumpens lill-immigrant mill-Kosta tal-Avorju minħabba li tkissrulu d-drittijiet umani waqt li kien f’detenzjoni.

Il-Qorti Ewropea qalet li tinsab imħassba li Malta għandha “sistema nazzjonali difettiva, li qed tfixkel il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.” Hija qalet ukoll li l-Gvern għandu jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni tal-migranti u jassigura bażi legali għad-detenzjoni tagħhom.

Il-każ kien ippreseduta mill-Imħallef Arnfinn Bårdsen u komposta mill-imħallfin Jovan Ilievski, Pauliine Koskelo, Saadet Yüksel, Lorraine Schembri Orland, Frédéric Krenc u Davor Derenčinović.  

Ir-raġel, li wasal Malta fuq dgħajsa u kellu biss 17-il sena,kien ġie ma’ grupp ta’ persuni fl-24 ta’ Novembru 2021. Huwa flimkien ma’ persuni oħrajn qattgħu għaxart ijiem maqbuda bejn sema u ilma. Barra minn hekk numru ta’ persuni li kienu miegħu mietu tul il-vjaġġ.

 Aditus Foundation u l-Jesuit Refugee Service kienu fetħu kawża mar-raġel wara li qalilhom li kien inżamm f’ċentru ta’ detenzjoni għal 225 ġurnata f’kundizzjonijiet inumani u degradanti, mingħajr aċċess għal-żona barra, mingħajr aċċess għal-żona komuni, ebda aċċess għal xi kamra tat-talb jew spazju privat; aċċess limitat għal telefon biex jagħmel xi sejħiet, inkluż lill-avukati tiegħu, l-ebda aċċess għal xi attivitajiet ta' divertiment, kundizzjonijiet tal-għajxien inadegwat, aċċess limitat jew ebda aċċess għall-ilma tax-xorb, ebda informazzjoni pprovduta f'lingwa li jifhem dwar id-detenzjoni tiegħu jew is-sitwazzjoni medika tiegħu u nuqqas ta' appoġġ mediku u psikosoċjali adegwat.

Fil-kawża tiegħu r-raġel akkuża wkoll lill-Gvern Malti li pperikola s-saħħa tiegħu billi ospitah f'kundizzjonijiet ta' għajxien inadegwati u naqas milli jipprovdi appoġġ mediku adegwat. Dan filwaqt l-età tiegħu, il-kundizzjonijiet mediċi u s-sitwazzjoni tas-saħħa mentali tiegħu, kif ukoll il-kundizzjonijiet li fihom inżamm mill-24 ta’ Novembru 2021 sal-ħelsien tiegħu; li kien jinkludi 120 jum ta’ iżolament f’kontejner tat-tbaħħir u għalhekk huwa qal li kien suġġett għal trattament inuman u degradanti.

L-Avukat tal-Istat Chris Soler li rrapreżenta lill-Gvern Malti, ma qabilx mal-allegazzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti. Fir-rigward tar-rekords tal-ħin mqatta’ barra, il-Gvern ammetta li żamm biss rekords ta’ rifjuti għal 1.5 siegħa regolari ta’ eżerċizzju fil-beraħ, iżda saħaq li l-awtoritajiet ħadu attenzjoni kbira biex jieħdu ħsieb il-benessri fiżiku kif ukoll psikoloġiku tal-applikant.

Ir-raġel ikkontesta dak li qal l-Gvern meta qalu li d-detenuti kienu pprovduti kutri meta kien meħtieġ, u qal lill-Qorti Ewropea li raqdu lebsin ħwejjiġhom kollha fix-xitwa minħabba l-kesħa ikkawżata minn twieqi li ma setgħux jingħalqu. Huwa kompla jgħid li ma kien hemm l-ebda sistema li saħħnet il-post u żied li l-kwalità u l-ammont tal-ikel ipprovdut ma kinux biżżejjed, u ma kienx regolari.

Għall-gvern Malti, l-Avukat tal-Istat Chris Soler ma qabilx mal-allegazzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti. Fir-rigward tar-rekords tal-ħin mqatta’ barra, il-gvern ammetta li żamm biss rekords ta’ rifjuti għal 1.5 siegħa regolari ta’ eżerċizzju fil-beraħ, iżda saħaq li l-awtoritajiet ħadu attenzjoni kbira biex jieħdu ħsieb il-benessri fiżiku kif ukoll psikoloġiku tal-applikant.

It-tabib taċ-Ċentru ta’ Detenzjoni kien ikkonkluda li ż-żagħżugħ ma kellu l-ebda problemi ta’ saħħa mentali “minbarra burdata baxxa reattiva”. Dan minkejja li kkomunika mal-pazjent permezz ta’ Google translate biss u mingħajr qatt ma staqsa dwar l-istat ġenerali ta’ saħħa mentali tiegħu. Għat-tul tad-detenzjoni tiegħu, l-applikant qatt ma kien assistit minn interpretu meta iltaqa’ mat-tobba u l-infermiera, u dan wassal biex il-fehim tiegħu tal-kundizzjonijiet tiegħu u l-kapaċità tiegħu li jaqsam id-dwejjaq tiegħu jonqsu serjament.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti irrimarkat li l-konfinament tal-minorenni tqajjem kwistjonijiet partikolari, “peress li t-tfal, kemm jekk akkumpanjati kif ukoll jekk le, huma meqjusa vulnerabbli u għandhom bżonnijiet speċifiċi relatati b’mod partikolari mal-età tagħhom u n-nuqqas ta’ indipendenza, iżda wkoll mal-ażil tagħhom.

Barra minn hekk, il-Qorti diġà ddeċidiet li l-vulnerabilità estrema tat-tfal, kemm jekk ikunu akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom jew le, kienet fattur deċiżiv li ħa preċedenza fuq kunsiderazzjonijiet relatati mal-istatus tat-tifel bħala immigrant illegali.”

Il-qorti esprimiet tħassib serju dwar kif ir-raġel, minuri dak iż-żmien, li jbati mit-tuberkulosi  u aktar tard, qatta’ xahar f’“iżolament totali” hekk kif it-tabib u l-gwardjani ma kienux jafu l-Franċiż.alkemm kienet ingħatat kura adegwata għas-saħħa fiżika tiegħu, “ma jistax jingħad l-istess dwar is-saħħa mentali tar-raġel,” osservat il-Qorti. Rapport li saret fi Frar 2022, kienet uriet biċ-ċar li r-raġel kien qed isofri minn PTSD u dipressjoni u kellu bżonn appoġġ mediku kif ukoll titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħajja tiegħu.

More in Qrati u Pulizija