Arrestati żewġ persuni b’rabta ma’ numru ta’ serqiet ġewwa Malta u Għawdex

Illum se jitressqu quddiem il-Qorti t’Għawdex żewg min-nies li allegatament wettqu numru ta’ serqiet minn ġo gabbani f’Malta u Għawdex

Mara ta’ 32 sena mis-Siġġiewi u raġel ta’ 29 residenti Ħal Qormi ġew arrestati wara li allegatament kieu involuti f’serqiet li ġew irrappurati dawn l-aħħar erbat ijiem madwar Malta u Għawdex. 

L-allegati serqu flus kontanti minn gabbani fix-Xewkija u Għajnsielem, kif ukoll apparat elettroniku minn ħanut fir-Rabat Għawdex. Fl-istess lejn kien hemm ukoll attentat ta’ serq minn magna li ssarraf il-flus f’car wash fix-Xewkija u serq ta’ mutur fir-Rabat Għawdex. 

L-istess investigazzjoni żvelat ukoll li l-allegati huma ssuspettati f’serq ta’ vettura f’Ħal Qormi, li ntużat fis-serq f’Għawdex, u f’serq ta’ vettura oħra mill-Mellieħa. L-allegati saħansitra kienu nvoluti f’serqa oħra minn gabbanna fiċ-Ċirkewwa wara li rritornaw lura Malta. 

Il-maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Mentri, illum għall-ħabta ta’ nofsinhar iż-żewġ allegati se jitressqu l-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D fejn se jiġu akkużati b’numru ta’ serqiet u ħsara volontarja, fost oħrajn. 

More in Qrati u Pulizija