Ġrieħi gravi wara ħabta ma’ pick up

L-inċident seħħ fi Triq il-Mosta u r-raġel ġie ċċertifikat li qed isoffri ġrieħi gravi 

Aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ dalgħodu, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar.  

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn saret ħabta bejn pick-up misjuq minn mara ta’ 48 sena u mutur misjuq minn raġel ta’ 50 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar.   

Kien imsejjaħ tim mediku fuq il-post u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn ingħata l-kura meħtieġa u ftit wara ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.  

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq dan il-każ. 

More in Qrati u Pulizija