Mara ta’ 39 sena issoffri ġrieħi gravi

L-inċident seħħ Triq il-Kosta, in-Naxxar u l-mara ġiet iċċertifiakta li qed issofri ġrieħi gravi

Aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa neqsin għoxrin seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar. 
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn saret ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 48 sena u mutur misjuq minn mara ta’ 39 sena residenti San Pawl il-Baħar. 
Kien imsejjaħ tim mediku fuq il-post u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn ingħatat il-kura meħtieġa. 
Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq dan il-każ.

More in Qrati u Pulizija