Jinstabu 30kg kokaina moħbija f'kontenitur qed iġorr il-karawett

Id-Dwana interċettat id-droga waqt spezzjoni rutina fi ħdan il-Port Ħieles

Id-droga nstabet waqt spezzjonijiet mid-Dwana fil-Port Ħieles
Id-droga nstabet waqt spezzjonijiet mid-Dwana fil-Port Ħieles

Id-Dwana ta’ Malta interċettat 30 blokka kokaina f’kontenitur t’40 pied fi triqtu lejn Valencia. 

Matul l-analiżi rutina tad-Dwana ġewwa l-Port Ħieles, uffiċjali tad-Dwana sabu madwar 30kg kokaina moħbija ġewwa kontenitur tal-merkanzija li kien qed iġorr pakketti ‘jumbo packs’ tal-karawett.

Dan il-kontenitur tal-merkanzija ntbagħat minn Nicaragua fi triqtu lejn Valencia.

Dan il-każ għadda f’idejn it-Taqsima ta' Kontra d-Droga fi ħdan il-Pulizija għall-investigazzjoni, filwaqt li l-Maġistrat Nadine Lia fetħet inkjesta.

More in Qrati u Pulizija