Allegatament isawwat raġel b’ħadida wara li paqpaqlu

Raġel ġie akkużat u nżamm arrestat wara li allegatament sawwat sewwieq b’ħadida wara li nqala argument fuq karozza pparkjata ħażina

 

Raġel minn Santa Venera dalgħodu nżamm arrestat, akkużat li sawwat sewwieq, b’virga tal-metall.

Leonvic Fenech ta’ 23 sena minn Santa Venera, li kien jaħdem bħala xufier ta’ tow truck, ġie arrestat wara li allegatament weġġa’ gravi raġel ieħor wara li sawwtu b’virga tal-metall f’argument dwar karozza pparkjata ħażin nhar is-Sibt.

Il-Maġistrat Nadine Lia semgħet lill-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa tispjega kif l-argument beda meta l-vittma kien daqq l-ħorn tal-karozza biex jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-triq kienet imblukkata minn vettura oħra.

Fenech, li kien qed isuq it-tow truck tiegħu, dakinhar saħaq li l-karozza li timblokka t-triq ma kinitx tiegħu, iżda l-argument eskala fi vjolenza fiżika meta Fenech allegatament ħareġ virga tal-metall mit-trakk tiegħu u laqat lir-raġel l-ieħor f’siequ. Imbagħad, allegatament saq it-trakk lejn ir-raġel ferut, bħallikieku kien se jtajjru, iżda huwa waqaf eżatt quddiemu.

Fenech għażel li ma jwieġebx mistoqsijiet waqt l-interrogazzjoni, qalet l-ispettur.

Id-difiża talbet li l-allegat aggresur jingħata l-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba għall-ħelsien mill-arrest, u rrimarkat li l-ġrieħi kienu ta’ natura gravi. Barra minn hekk l-imputat kien joqgħod fl-istess triq tal-garaxx tal-vittma.

Wara li ġew analizzati l-kameras tas-CCTV, l-ispettur sostniet li l-ħelsien mill-arrest għandha tiġi miċħuda f’dan l-istadju minħabba li kien hemm xhieda ċivili, minbarra l-vittma, li kienu għadhom ma xehdux.

Il-prosekuzzjoni rrimarkat li Fenech kien mixli wkoll b’sewqan perikoluż, “għax wara l-inċident, l-imputat ipprova jolqot lill-vittma bit-trakk tiegħu.”

L-Avukat Roberto Spiteri, li qed jassisti wkoll lill-imputat, żied jgħid li tista’ tiġi imposta wkoll ordni ta’ protezzjoni flimkien mal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti qalet li l-ħelsien mill-arrest għandha tiġi kkunsidrata wara li l-vittma jagħti x-xhieda tiegħu u ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Fenech, kif ukoll ħeġġet lill-prosekuzzjoni biex jixhed dak ix-xhud kemm jista’ jkun malajr.

Fenech inżamm arrestat.

L-Ispettur hija Sarah Kathleen Zerafa, assistita mill-prosekutur Rebekah Spiteri.

L-avukati tad-difiża huma Ishmael Psaila u Roberto Spiteri.

More in Qrati u Pulizija