Repubblika titlob azzjoni b’rabta mal-iskandlu tat-testijiet tal-karozzi

L-għaqda Repubblika qalet li qed tistenna li l-persuni msemmija fl-iskandlu tat-testjijet tal-karozzi jitressqu l-Qorti minnufih

L-għaqda Repubblika bagħtet rapport kriminali lill-Kummissarju tal-Pulizija, b’rabta mal-iskandlu tat-testijiet tal-karozzi.

Dan b’rabta ma' dak li ġie żvelat ftit jiem ilu fejn numru ta’ persuni fosthom il-Ministru Ian Borg, talbu diversi favuri u għajnuna minn uffiċjali ta’ Trasnport Malta sabiex ċertu studenti jingħataw għajnuna biex jgħaddu mit-test tal-karozza.

Fl-ittra, Repubblika qalet lill-Kummisarju tal-Pulizija sabiex “iwettaq dmiru wara li ilu fil-pussess tal-provi inkriminanti dwar id-delitti imwettqa minn persuni sa minn Ottubru 2021.”

Repubblika qalet ukoll li minkejja li nstabu provi inkriminanti mill-Pulizija fil-mobile ta’ Clint Mansueto, uffiċjal għoli fi Transport Malta, il-Kummisarju “għażel li ma jressaqx ‘l Qorti s-segwenti persuni.”

Dawn il-persuni jinkludu lil-Mark Sammut, li llum huwa ċ-Chairperson tal-PBS, Pierre Montebello, uffiċjal għoli fi Transport Malta u Rachel Debono, l-assistent personali tal-Prim Ministru.

Finalment l-ittra tgħid lil Gafa sabiex iressaq dawn il-persuni b’mod immedjat ‘l Qorti hekk kif il-fatti ilhom f’idejh sa minn Ottubru tal-2021.

More in Qrati u Pulizija