Tifel ta’ 4 snin iweġġa’ gravi wara li seħħ inċident f’Ħaż Żabbar

Kawża tal-inċident bejn żewġ vetturi, żewġ vetturi oħra intlaqtu fi Triq tal-Labour, Ħaż Żabbar

it-tifel ta’ 4 snin sofra ġrieħi gravi wara inċident ikrah li seħħ ilbieraħ waranofinshar għal-ħabta tal-ħamsa fi Triq tal-Labour, Ħaż Żabbar.

Minn investigazzjonijiet premiliminari tal-Pulizija, irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Ist misjuqa minn raġel ta’ 18-il sena residenti Ħ’Attard u Volvo XC60 misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Mosta. Passiġġiera fit-Toyota kien hemm mara ta’ 20 sena residenti Bormla u tarbija ta’ 4 xhur. Kawża tal-inċident intlaqtu żewġ karrozi li kienu ipparkjati, WV Polo u Reanult Captur.

Fil-VW Polo kien hemm raġel ta’ 54 sena residenti Ħaż-Żabbar, tifla u tifel ta’ 4 snin u żewġ subien ta’ 9 u 11-il sena.

Mal-wasla tat-tim mediku, ingħatat l-ewwel għajnuna u membri  mid-Dipartiment  tal-Protezzjoni Ċivili.

Ir-raġel u  t-tfal li kienu fil-VW Polo, flimkien mat-tarbija ta’ 4 xhur u x-xufier ta’ 18-il  sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Aktar tard it-tifel ta’ 4 snin ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li l-persuni l-oħra ġew ċċertifikati bi ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Qrati u Pulizija