Xufier ta' mutur bi ġrieħi gravi wara inċident ix-Xagħra

L-inċident seħħ it-Tlieta filgħodu, fejn ix-xufier tal-mutur kien involut f'ħabta ma' karozza fix-Xagħra

Raġel weġġa' gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku bil-mutur fix-Xagħra Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30am fi Triq ir-Rabat, ix-Xagħra. Stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 75 sena li jgħix ir-Rabat, Għawdex, u mutur Honda li kien qed isuq il-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b'ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija