Raġel iweġġa' gravi wara li nqaleb bil-karozza fl-Iklin

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30pm hekk kif ir-raġel tilef il-kontroll tal-karozza u nqaleb

Raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku it-Tnejn filgħaxija fi Triq il-Wied, l-Iklin.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30pm.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel, li għandu 34 sena u ġej mis-Somalia, tilef il-kontroll ta' Toyota Yaris li kien qed isuq u nqaleb. Dan b'konsegwenza li żewġ vetturi li kienu pparkjati sofrew xi ħsarat.

Ir-raġel ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei f'ambulanza, fejn wara ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija