Sentenza sospiża wara li gidem widna ta’ Pulizija

L-akkużat spjega il-Pulizija kienu lebsin simili tal-uffiċċjali tas-sigurtà, ‘li kienu qed jaggreduh’

Il-Maġistrat  Donatella Frendo Dimech semgħet il-każ kontra raġel ta’ 35 mill-Ingilterra, li kien mixli b’attentat ta’ serq ta’ żewġt ifliexken tax-xorb minn strip club f’Paceville, li hedded u darab ħafif Pulizija, li ma segwiex l-ordnijiet tagħhom, u li kiser il-paċi pubblika. Huwa wieġeb ħati għall-akkużi kollha.

L-għajn tal-lemin tal-akkużat dehret minfuħa fl-awla, indikazzjoni l-akkużi ma kienux qed jirriflettu l-istorja kollha.

L-Ispettur Xerri spjega kif l-akkużat kien fis-sakra fl-istabbiliment, u “ma kienx sodisfatt bis-servizz.” Huwa tkellem fuq dan mat-tmexxija tal-istabbiliment, iżda dawn ma qablux miegħu, u allura ħa l-liġi b’idejh u prova jisraq żewġt ifliexken Jack Daniels u jitlaq mill-post.

Hu kien imwaqqaf mill-uffiċċjali tas-sigurtà, li avżaw lill-Pulizija. Minn hawnhekk bdiet altrikazzjoni li kkulminat bl-akkużat jigdem widna ta’ wieħed mill-Pulizija.

L-avukat difensur, Leontine Calleja, spjegat kif l-akkużat kien fl-istabbiliment, fejn ħallas ammont ta’ flus sostanzjali liż-żeffiena, bil-press dejjem jogħla, bħal ma spiss jiġri f’dawn it-tip ta’ stabbilimenti. Huwa kien aggredit mill-uffiċċjali tas-sigurtà, u meta waslu l-Pulizija, ma rnexxielux jagħmel distinzjoni bejn iż-żewġ gruppi, minħabba li l-uniformijiet il-ġodda huma simili ta’ dak li kienu lebsin l-uffiċċjali tas-sigurtà.

L-akkużat żied li fl-Ingilterra, l-uffiċċjali tas-sigurtà jilbsu blue u iswed. “B’sitt jew seba’ minn nies jaqbżu fuqek, kaos.”

Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti kkundannatu għal 14-il xahar priġunerija, sospiżi għal tliet snin, kif ukoll multa ta’ €800.

More in Qrati u Pulizija