Iweġġa' gravi wara ħabta bil-mutur

L-inċident seħħ f’Triq it-Torri, Ta’ Sliema

Il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru, għall-ħabta tas-12:45 p.m, Indjan ta’ 21 sena residenti Ħal Qormi ittieħed l-isptar wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-inċident seħħ f’Triq it-Torri, Ta’ Sliema.

Jidher li dan irriżulta minn ħabta bejn Volvo XC60, li kiener misjuqa minn mara ta’ 57 sena residenti Ta’ Sliema, u mutur Kymco li kien misjuq mill-vittma.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija